L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Kuġini tat-22 ta’ Ġunju, 2009 kiser l-Artikoli 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir kif ukoll Paragrafu 3.1 vi. tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar Wiri u s-Smigħ ta’ Programmi għall-Familja.
Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li l-akkuża ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati l-Awtorità iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.