L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Malta Llejla tat-18 u l-25 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur ta’ paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09.
Peress illi l-istazzjon naqas li jkun preżenti għal dan is-smigħ mingħajr pre-avviż, l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini tal-imsemmija provedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat u peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet illi twiddeb lill-istazzjon.