Net TV - Malta Llejla - 12 t'Ottubru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Malta Llejla xxandar fit-12 t’Ottubru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta parti minn filmat utilizzat għar-reklam abbinat mal-programm kienet intużat ukoll waqt rokna informattiva fl-imsemmi programm.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Etienne Mallia, li deher għall-istazzjon.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din kienet it-tieni darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur f’perjodu ta’ anqas minn sentejn iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,160 fuq l-istazzjon, liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum.