L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-11 u t-18 ta’ Diċembru, 2009 fejn NET TV kiser il-paragrafi 31, 32 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.
Dwar dan il-każ l-Awtorità studjat l-akkuża u ikkostatat illi filwaqt li paragrafu 32 ma kienx japplika għall-każ in kwistjoni, l-istazzjon ma ssodisfax il-kriterji kollha marbutin ma’ offerta diretta kif rikjest mill-liġi meta l-preżentatriċi ippromwoviet l-istabbiliment tal-kumpanija u anke stiednet lit-telespettaturi jżuru dan l-istabbiliment, u dan minbarra li matul it-telebejgħ ixxandru diversi reklami ta’ prodotti li toffri l-istess kumpanija u li ma kienux parti mit-telebejgħ.
Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, u ċjoe li l-akkuża ma ġietx ippruvata fit-totalità tagħha l-Awtorità iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon u ddiriġiet li l-programm għandu jibqà jiġi segwit sabiex jiġi assikurat li tali nuqqas ma jirrepetux ruħhom.