NET TV - Niltaqgħu - 31 ta' Jannar 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Niltaqgħu li xxandar fil-31 ta’ Jannar, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Josef Fitzpatrick f’isem l-istazzjon.

Wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet l-Awtorità qablet illi, l-akkuża kienet ġiet ippruvata, u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjoni instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ €1,165, li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din l-ittra.