L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Sas-Sitta tat-3 ta’ Diċembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Josef Fitzpatrick f’isem l-istazzjon li attribwixxa l-ksur tal-liġi għal over-running tal-programmi.
L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet li tilqa’ l-verżjoni tal-fatti kif sottomessa, madanakollu iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex jieħu l-miżuri neċċessarji sabiex tali nuqqasijiet ma jkunux ripetuti.
3 ta’ Frar, 2012