Net TV - Referendum tad-Divorzju 2011 - 28 ta’ Mejju, 2011




Referendum Campaign Programmes - 28 ta' Mejju 2011

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Referendum tad-Divorzju 2011 li xxandar fit-28 ta’ Mejju, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir meta l-istazzjon kiser Direttiva tagħha marbuta mar-Referedum dwar id-Divorzju u ma osservax l-obbligi tiegħu waqt il-jum tas-silenzju ai termini tal-istess Direttiva..

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lil Ms Louiselle Vassallo li dehret f’isem l-istazzjon kkontendiet li t-trasmissjoni in eżami kienet waħda speċjali bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mistiedna fost dawn kien hemm koppja anzjana li kienet għadha kif rebħet il-premju ‘anzjana tas-sena’.  Żiedet li inċidentalment din l-istess koppja kienet ukoll twettaq ħidma volontarja mal-Moviment ta’ Kana u fil-fatt kien f’dan il-kuntest li saret riferenza għall-ħidma fi ħdan l-imsemmi Moviment.

Ms Vassallo qalet li l-istazzjon qatt ma kellu problemi ta’ dan it-tip u l-operaturi kienu pjenament konxji mill-obbligi u l-parametri tad-direttiva tant li kif avverra ruħu l-episodju oġġezzjonabbli ittieħdu l-miżuri korrettorji.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u meta għarblet ir-riferenzi li saru waqt il-programm in kwistjoni qablet li l-akkuża kontra l-istazzjon ma kienitx tirriżulta u ma ġietx ippruvata.