L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar it-trasmissjonijiet tad-9 u s-16 ta’ Novembru, 2010 bejn it-8:00p.m. u l-10:00p.m. fejn ġie allegat li l-istazzjon kellu aktar minn 12-il minuta reklami bi ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata. Madanakollu, meta tqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon u ordnat lill-stazzjon jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita ripetizzjoni ta’ ksur simili tat-Tielet Skeda.