ONE - Affari Tagħna - 12 u 26 ta. Novembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Affari Tagħna li xxandar fit-12 u fis-26 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artikli 16L(4) tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon.