L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Affari Tagħna li xxandar fil-25 ta’ Frar, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16L(4) tal-Att dwar ix-Xandir u Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta l-programm kien sponsorizzat minkejja li l-edizzjoni in eżami kienet meqjusa bħala waħda li trattat ġrajjiet kurrenti (id-Divorzju) u l-istazzjon xandar ammont eċċessiv ta’ reklami bejn l-22.00 u l-23.00.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Jason Micallef f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, inkluż tal-ammissjoni dwar it-tieni parti tal-akkuża, iddeċidiet li kellha twiddeb l-istazzjon dwar l-ewwel parti tal-akkuża, filwaqt li kellha timponi l-penali amministrattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) fir-rigward tat-tieni parti tal-akkuża.