ONE - Affari Tagħna -25 ta’ Mejju, 2011




L-Awtorità kellha quddiemha ilment mibgħut illum [26 ta' Mejju, 2011] mill-Moviment Żwieġ Bla Divorzju kontra ONE dwar il-mod ta’ kif ġiet imxandra stqarrija ordnata mill-Awtorità tax-Xandir b’deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011, b’rimedju għall-iżbilanċ fil-programm Affari Tagħna mxandar fl-20 ta’ Mejju, 2011.

L-Awtorità iddiskutiet l-ilment odjern f’seduta li nżammet illum u ddeċidiet li dak li fil-fatt ġie imxandar fuq ONE ilbieraħ sew fit-totalità tiegħu u l-mod kif ġie imxandar, jagħtu rimedju effettiv għall-iżbilanċ fl-imsemmi programm skont kif kienet ordnat l-istess Awtorità u għalhekk l-ilment magħmul mill-Moviment Żwieġ Bla Divorzju llum m’huwiex qed jiġi milqugħ.