ONE - Arani Issa - 16 ta' Frar 2019




Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm
Arani Issa li xxandar fis-16 ta’ Frar, 2019

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Arani Issa li xxandar fis-16 ta’ Frar, 2019, fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta F’dan il-programm bejn id-21:00 u l-22:00 ixxandru total ta’ 16’ 07” ta’ reklamar u bejn l-22:00 u l-23:00 xxandru 15’ 23” ta’ reklamar u b’dan il-mod inqabeż l-ammont ta’ reklamar f’kull siegħa orarja hekk kif titlob il-Liġi.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil-Ms Ruth Vella, f’isem ONE Productions u lil Dr Joseph Chetcuti f’isem il-produzzjoni, f’seduta li nżammet fis-17 t’April, 2019 li saħaq li kienu ttieħdu miżuri biex l-iskedar ta’ reklamar ikun konformi mal-liġi.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u qablet li kellha timponi penali ridotta fl-ammont ta’ disa mija u tletin Euro (€930), liema penali kellha titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika.

Ilum is-7 ta’ Mejju, 2019