Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm
Arani Issa li xxandar fis-16 ta’ Marzu, 2019
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Arani Issa li xxandar fis-16 ta’ Marzu, 2019, fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta bejn id-21:00 u l-22:00 waqt il-programm Arani Issa xxandru total ta’ 18’ 08” ta’ reklamar u bejn l-23:00 u 00:00 tat-trasmissjoni xxandru 15’ 44” ta’ reklamar. B’dan il-mod inqabeż l-ammont ta’ reklamar f’kull siegħa orarja hekk kif titlob il-Liġi.
L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil-Ms Ruth Vella, f’isem ONE Productions u lil Dr Joseph Chetcuti f’isem il-produzzjoni, f’seduta li nżammet fis-17 t’April, 2019 li tenna li din kienet problema ta’ skedar u li issa kienet ġiet riżolta.
L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u qablet li kellha timponi penali ridotta fl-ammont ta’ disa mija u tletin Euro (€930), liema penali kellha titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika.
Illum is-7 ta’ Mejju, 2019