L-Awtorità kellha quddiema akkuża tal-programm Arani Issa tas-6 u 20 ta’ Novembru, u tal-4 ta’ Diċembru 2008, li kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir u paragrafi 4.4.1 u 4.7.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir.
Dan peress li kien hemm iffukar żejjed u doorstepping fil-konfront tal-parteċipanti u kif ukoll reklamar b’ingann meta waqt il-programm intwerew prodotti li kellhom jintużaw fuq il-parteċipanti bħala parti mill-make over meta fil-fatt dawn servew biss bħala promozzjoni għal min ipprovdihom.
Wara li l-Awtorità kienet semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon u lill-producer hija sabet illi, fir-rigward ta’ paragrafu 4.4.1 tal-imsemmija Ħtiġijiet, fejn ripetutament kien hemm iffukar żejjed u nuqqas ta’ privatezza l-akkuża ġiet ippruvata.
Għalhekk l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164). Din il-penali amministrattiva għandha titħallas sal-10 t’April, 2009.