ONE - Artiklu 15- Ġunju, 2017




Deċiżjoni dwar Akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward Ksur ta’ Artiklu 15 tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward allegat ksur ta’ Artiklu 15 tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017, meta minkejja li l-istazzjon kien ġie mgħarraf anke permezz ta’ ċirkolari lil ma kellhomx jixxandru PSAs u produzzjonijiet informattivi b’xejra politika irriżulta li ONE Radio naqas li jaderixxi mad-Direttiva u l-imsemmija ċirkulari.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fil-11 ta’ Lulju, 2017, li minn naħa tagħha amettiet l-akkuża.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u qablet li timponi l-penali relattiva ta’ erbat elef sitt mija u sittin Euro (€4660) sospiża għal sentejn. L-Awtorità in oltre wissiet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali ksur fil-futur.

Illum 24 ta’ Lulju, 2017