ONE - Artiklu 3(3) - Ġunju, 2017




Deċiżjoni dwar l-akkuża fil-konfront ta’ ONE TV rigward trasmissjoni tal-25 ta’ Mejju, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE TVrigward allegat ksur ta’ Artiklu 3(3) tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017, meta minkejja li l-istazzjon kien ġie mgħarraf anke permezz ta’ ċirkolari li ma kellhomx jixxandru PSAs u produzzjonijiet informattivi b’xejra politika irriżulta li fil-25 ta’ Mejju bejn nofsinhar u nofsillejl ONE TV naqas li jaderixxi mad-Direttiva u l-imsemmija ċirkulari billi xandar madwar 23 reklam b’xejra politika.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fil-11 ta’ Lulju, 2017, li minn naħa tagħha ammettiet l-akkuża.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u in vista tal-entita tan-nuqqas li kienet sinjifikanti f’dan il-każ qablet li timponi l-penali relattiva ta’ erbat elef sitt mija u sittin Euro (€4660) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika. L-Awtorita’ in oltre wissiet lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali ksur fil-futur.

Illum 24 ta’ Lulju, 2017