ONE - Bonġu Bundy - 25 ta' Novembru u 5 ta' Diċembru 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Bonġu Bundy tal-25 ta’ Novembru, 2011 u l-5 ta’ Diċembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Roberto Francalanza li deher f’isem l-istazzjon u lis-Sur Charles Stroud mill-produzzjoni.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-argumenti tal-istazzjon u tas-Sur Stroud ma kienux suffiċjentement skużabbli u għalhekk iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tal-lum.

7 ta' Marzu 2012