ONE - Bonġu - 8 u 18 t'Ottubru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Bonġu Bundy li xxandar fit-8 u fit-18 t’Ottubru, 2010 fejn kien allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta rokna informattiva dwar trattamenti għal piż żejjed kienet trasformata f’reklam propju għall-provditur tas-servizz u ċjoè Ms Marion Mizzi.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lil Ms Ruth Vella li dehret għall-istazzjon, lis-Sur Charles Stroud u lill-Ms Vanessa Chircop li dehru għall-produtturi.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li l-ksur tal-liġi avvera ruħu f’aktar minn okkażjoni waħda iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €2,330 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum.