ONE - Direttiva BA - 15 t’April sal-25 ta’ Mejju, 2019




Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward id-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għal-perjodu 15 t’April sal-25 ta’ Mejju, 2019


L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 15 t’April sal-25 ta’ Mejju, 2019, fejn partikolarment ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 3(4) li jitlob li:

Huwa l-obbligu ta’ kull stazzjon li programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ xi materja ta’ kontroversja politika jew industrijali jew li jirreferu għall-policy pubblika kurrenti jridu jiġu ppreżentati b’imparzjalità. Fi programmi ta’ diskussjoni li se jkunu se jitrattaw temi li b’xi mod huma marbuta mal-Kunsilli Lokali, irid ikun hemm rappreżentazzjoni wiesgħa ta’ opinjonijiet differenti fuq is-suġġett trattat. L-istess prinċipju jgħodd għal programmi li jitrattaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

L-Awtorità ġiet infurmata illi l-istazzjon ma kienx ser jidher għal dan is-smigħ.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tal-każ u fin-nuqqas ta’ kontestazzjoni effettiva minn naħa tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u għaldaqstant in vista tal-fatt li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon wettaq tali ksur iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €4660 liema penali kellha titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika.


Illum il-5 ta’ Settembru, 2019