ONE - Ftit minn Kollox - 2 ta’ settembru, 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Ftit Minn Kollox li xxandar fit-2 ta’ Settembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta kien hemm assoċjazzjoni bejn il-kontenut tal-imsemmi programm u r-reklami li xxandru.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella li dehret f’isem l-istazzjon.

L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, inkluż l-ammissjoni tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur f’dan il-programm iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix l-istess nuqqas.