Ilment mill-Professur Kenneth Wain, Kummissarju tal-Organizazzjonijiet Volontarji kontra ONE TV dwar dritt ta' risposta.
L-Awtorità iddiskutiet il-każ, u rat kemm il-provvedimenti tal-liġi u s-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet illi b’mod ġenerali l-Ħtiġijiiet dwar Standards u Prattika li japplikaw għall-Bulettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti kienu ġew osservati u ikkostatat:
a) Illi l-kummenti li għamel il-preżentatur dwar parzjalità fil-kuntest tal-Libertà tal-Espressjoni qabel beda jaqra d-dritt ta’ risposta kienu kummenti personali li mhux bilfors li wieħed kien jaqbel magħhom,
b) Illi essenzjalment ‘l aktar partijiet importanti mid-dritt ta’ risposta ġew imxandra mingħajr ebda kumment minn naħa tal-preżentatur.
c) Illi l-Awtorità innutat illi ċerti partijiet mid-dritt tar-risposta setgħu tħallew barra:
i) għax setgħu kienu offensivi fil-konfront tal-preżentatur, u dan minkejja li l-Awtorità tifhem li dan huwa suġġettiv u li ma kienitx l-intenzjoni li dawn il-partijiet b’xi mod joffendu, u/jew
ii) minħabba raġunijiet ta’ tul.
Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità iddeċidiet li ma kelliex tipproċedi b’mod ulterjuri kontra l-istazzjon.