One - Ġunju/Lulju 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkużi fil-konfront ta’ ONE dwar trasmissjonijiet:

  • tat-2 ta’ Lulju 2011 bejn 19:00 u 20:00;
  • tal-1 ta’ Lulju 2011 bejn 19:00 u 20:00;
  • tat-30 ta’ Ġunju 2011 bejn 19:00 u 20:00;
  • tas-27 ta’ Ġunju 2011 bejn 19:00 u 20:00; u
  • tas-26 ta’ Ġunju 2011 bejn 20:00 u 21:00

fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, meta meta l-istazzjon eċċeda t-12-il minuta reklamar f’siegħa orarja.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella f’isem l-istazzjon.

L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet inkluż tal-ammissjoni tal-istazzjon qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu, in vista tal-fatt li l-ksur tal-liġi kien identiku fl-akkużi kollha u li dan avverra ruħu fi żmien ta’ anqas minn ġimgħa, iddeċidiet li l-penali relattiva għall-ħames akkużi tiġi assorbita f’waħda, u għalhekk kienet qed timponi l-penali relattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tal-lum.