L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-progrramm Kalamita li xxandar fl-1, fit-3 u fit-18 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 4, 15 u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u peress li din ma kinitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur, imponiet il-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.