ONE - Kalamita - 22 ta' Ġunju 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Kalamita tat-22 ta’ Ġunju, 2009 kiser l-Artikoli u provedimenti tal-Att dwar ix-Xandir: Paragrafu 13 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; Paragrafu 25 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; Paragrafi 34 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; Paragrafu 34(a) tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; Paragrafu 44 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u Paragrafu 3.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti tal-Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir.

Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li l-akkuża ġiet ippruvata, peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati l-Awtorità iddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.