ONE - Mad-Daqqa t’Għajn - 16 t'Awwissu, 2013




L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Mad-Daqqa t’Għajn tas-16 t’Awwissu, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm  ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta ma kienx hemm distinzjoni ċara bejn reklam għal The Chef Restaurant  li xxandar  fid-21:31 u rokna informattiva fil-programm.  Kemm fir-reklam u kif ukoll fil-parti informattiva deher is-Sur Martin Camilleri personaġġ sinonimu mal-imsemmi ristorant.

L-Awtorita’ semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sur Emy Farrugia, baħal produttur tal-programm, f’seduta li nżamet fl-10 ta’ Settembru, 2013 u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

17 ta’ Settembru, 2013