ONE - Mela Isma' Din - 30 ta' Novembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Mela Isma’ Din li xxandar fit-30 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta fl-imsemmi programm f’numru ta’ okkażjonijiet intwera logo tad-Dolceria Croce Bonaci u saret ukoll referenza verbali.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lill-Ms Ruth Vella f’isem l-istazzjon u lill-Ms Evelyn Saliba La Rosa f’isem il-produzzjoni.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda in vista taċ-ċirkostanzi tal-każ qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex tali ksur ma jirrepetix ruħu.