ONE - One News - 30 t'Awissu 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE News tat-30 t’Awwissu, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta aħbar dwar l-ismart phone tad-ditta Blackburry kienet imsawwra madwar stqarrija maħruġa mis-soċjetà Vodafone, liema aħbar kienet tinkludi kummenti u nformazzjoni meqjusin reklamatorji u nieqsa mill-valur t’aħbar.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Jason Micallef u lis-Sur Glenn Bedingfield li dehru għall-istazzjon.

L-Awtorità filwaqt li ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet, ikkostatat illi meta aħbar tkun toriġina jew tkun marbuta ma’ prodott/servizz jew attività kummerċjali, l-istazzjon kellu joqgħod ferm attent li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar u jħalli barra l-element promozzjonali u kummerċjali.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi meta aħbar tkun toriġina jew tkun marbuta ma’ prodott/servizz jew attività kummerċjali, l-istazzjon kellu joqgħod ferm attent li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar u jħalli barra l-element promozzjonali u kummerċjali.

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità qablet li l-akkuża ma ġietx ippruvata, madanakollu, iddiriġiet li kellha tiġi komunikata interpretazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi reklamar b’ingann f’rapporti ta’ dan it-tip u saħħqet illi f’dawn il-każi l-istazzjon jibqà responsabbli għall-kontenut imxandar u jibqagħlu l-obbligu li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar.