L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar ONE News tal-31 ta’ Marzu, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar waqfiet għar-reklami minkejja li l-bulettini tal-aħbarijiet imsemmi kien iqsar minn 30 minuta.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting ta’ ONE Productions, f’laqgħa li nżammet fit-23 t’April, 2013, li minn naħa tagħha ikkontendiet li f’dn il-ġurnata partikolari, u ċjoè l-Għid il-Kbir in-numru ta’ avvenimenti kien limitat u in oltre wara l-Elezzjoni Ġenerali kien hemm tibdil fil-kontenut tal-aħbarijiet li rriżulta wkoll fit-tnaqqis tal-ħin. Żiedet li madanakollu kienu qed jittieħdu miżuri sabiex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata u jkunu eleminitati nuqqasijiet ta’ dan it-tip.
L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-fatti marbutin mal-akkuża ma ġewx ikkontestati u ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ ksur qablet li kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.
Illum 3 ta’ Mejju, 2013