ONE - One News - 3,4,5 u 7 ta' Settembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE News tat-3, 4, 5 u 7 ta’ Settembru, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta saret waqfa għar-reklami f’bulettini tal-aħbarijiet li ma kellhomx tul ta’ tletin minuta jew aktar.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Jason Micallef u s-Sur Glenn Bedingfield li dehru għall-istazzjon, u wara li ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-Monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet ikkonkludiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu, peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex dan in-nuqqas ma jiġix ripetut.