ONE - Pink Panther - 24 ta' Marzu 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Pink Panther tal-24 ta’ Marzu, 2010 fuq ONE kien hemm ksur tal-paragrafi 4.2, 5.4 u 5.5 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika biex tinġieb ‘il Quddiem l-Ugwaljanza Razzjali.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lil Ms Ruth Vella, Head of TV Brodcasting li qalet illi l-kummenti li kienu saru mis-Sur Joseph Borg waqt l-imsemmi programm ma kienux intenzjonati li jkunu razzisti u kienu kummenti li saru sforz l-inġenwità tal-persuna. 

Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ikkontenda illi b’din l-akkuża ried li jintbagħat messaġġ lill-produtturi fis-sens li dawn kellhom ikunu aktar attenti u sensittivi għal argumenti konnessi mal-ugwaljanza razzjali, u kien iħoss li f’dan il-każ partikolari l-preżentatriċi kellha tintervjeni. 

L-Awtorità iddiskutiet is-sottomissjonijiet u iddeċidiet li fiċ-ċirkostanzi ma kellhix tipproċedi ulterjoralment.