ONE Radio - Minn Xtajta għal Oħra - 24, 27 i 28 ta' Lulju 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Minn Xtajta għal Oħra  li xxandar fl-24, 27 u 28 ta’ Lulju, 2009 fuq Super One Radio kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li f’ħinijiet u f’partijiet meqjusa bħala kontenut, il-preżentaturi instemgħu jagħtu dettalji reklamatorji b’konnessjoni mar-Red Touch Phone.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat ukoll it-traskrizzjoni tas-siltiet relattivi.  L-istazzon minn naħa tiegħu ammetta l-akkuża u peress li dan il-ksur kien ripetut l-Awtorità iddeċidiet li kellha  timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.