ONE Radio - Artiklu 15- Ġunju, 2017




Deċiżjoni dwar Akkuża fil-konfront ta’ ONE Radio rigward Ksur ta’ Artiklu 15 tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE Radio rigward allegat ksur ta’ Artiklu 15 tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 8 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, 2017 meta minkejja li l-istazzjon kien ġie mgħarraf anke permezz ta’ ċirkolari lil ma kellhomx jixxandru PSAs u produzzjonijiet informattivi b’xejra politika irriżulta li ONE Radio naqas li jaderixxi mad-Direttiva u l-imsemmija ċirkulari.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon li minn naħa tagħha ammettiet l-akkuża, f’seduta li nżammet fil-11 ta’ Lulju, 2017.

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon madanakollu ma setgħetx tiddeċiedi dwar din l-akkuża peress li waqt is-smigħ irriżulta li kien hemm dettalji nieqsa u/jew inkonklussivi.


Illum 24 ta’ Lulju, 2017