ONE Radio - Drive Time - 2 ta' Marzu, 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE Radio dwar il-programm Drive Time li xxandar fit-2 ta’ Marzu, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz ta’ Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir meta l-istazzjon naqas li jxandar il-prezz tal-SMS.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Jason Micallef f’isem l-istazzjon.

L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża ġie ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix dan in-nuqqas.