L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Siegħa Żmien ma’ Ġorg li xxandru fil-15, 16, 20, 22 u 23 ta’ Ġunju, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta l-istazzjon eċċeda t-12-il minuta reklamar f’siegħa orarja.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lil Ms Ruth Vella f’isem l-istazzjon u lis-Sur Joseph Borg f’isem il-produzzjoni.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża ġie ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix dan in-nuqqas.