ONE - Spot Politiku - Ilment minn PBS Ltd




Il-Kap Eżekuttiv rċieva imejl fis-16 t’Ottubru 2012 min għand Dr Natalino Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ PBS Ltd, fejn saret referenza għal spot politiku fuq ONE.

Din l-imejl inġiebet a konjizzjoni tal-Awtorità tax-Xandir li minn naħa tagħha ddiskutiet il-kontenut tagħha f’seduta li nżammet it-Tlieta 16 t’Ottubru, 2012.

Fuq parir legali li kellha l-Awtorità, fiċ-ċirkostanzi tal-mod kif saret it-talba tiegħek, mhix il-mansjoni tal-Awtorità li twaqqaf ix-xandir tal-ispot in kwistjoni.

18 t'Ottubru 2012