ONE - Stylish Bathroom – Telebejgħ - 2-5 ta' Mejju 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar programmi Stylish Bathroom – Telebejgħ li xxandru fit-2, 3, 4 u l-5 ta’ Mejju, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafi 19, 20 u 23 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta kien hemm ksur tar-regoli dwar it-Telebejgħ.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella f’isem l-istazzjon. 

L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li din l-akkuża ma kienitx kontestata, qablet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix dan in-nuqqas.