ONE - Telebejgħ Easy Life - 10 ta' Awwissu 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fit-Telebejgħ Easy Life li xxandar fl-10 t’Awwissu , 2009 fuq ONE TV, kien hemm ksur tal-paragrafi 31 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta saret promozzjoni kummerċjali għall-prodotti li ma kienux parti mill-imsemmi telebejgħ.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat   relattiv.  L-istazzjon ammetta l-akkuża u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan it-telebejgħ kiser il-provvedimenti imsemmija f’din l-akkuża, l-Awtorità iddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.