ONE - Telebejgħ Stylish Bathroom Centre - 23 ta' Mejju 2014




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar ir-rokna ta’ telebejgħ ta’ Stylish Bathroom Centre li xxandar fit-23 ta’ Mejju, 2014 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafi 25(b) u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta fir-rokna ma xxandrux il-prezzijiet ta’ diversi prodotti li dehru.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef li dehret għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon f’seduta li nżammet fid-9 ta’ Settembru, 2014. 

Is-Sinjura Vella Micallef filwaqt li ammettiet l-akkuża ddikjarat li kienu ttieħdu miżuri sabiex dan in-nuqqas ma jirrepetix ruħu.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-akkuża kienet tirriżulta madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur f’dan il-programm, meta ġiet biex tikkonsidra l-imposizzjoni tal-penali, iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

Illum 17 ta’ Settembru, 2014