ONE - Telepoplu - 4 t'Ottubru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Telepoplu li xxandar fl-4 t’Ottubru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta fil-parti tal-programm fejn b’mod satiriku l-karattru David Lynch iwieġeb għall-problemi tat-telespettaturi kien hemm referenza għas-suwiċidju bħala soluzzjoni għall-problemi ta’ telespettatur, liema referenza kienet meqjusa li tmur kontra l-gosti tajbin.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella, f’isem l-istazzjon u lis-Sur Owen Bonniċi u l-Avukat Neville Young in rappreżentanza tal-produtturi.

L-Awtorità wara li kkonsidrat is-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża ma ġietx ippruvata, u għaldaqstant ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment dwar il-każ.

Madanakollu l-Awtorità irriteniet opportun li tiġbed l-attenzjoni lill-istazzjon sabiex dan jimxi b’aktar sensittività fuq kwistjonijiet ta’ natura delikata bħal ma huwa s-suwiċidju.