L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar trasmissjonijiet tat-28 u d-29 ta’ Novembru u l-5 ta’ Diċembru, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.
Il-Kap Eżekuttiv informa lill-membri li qabel is-seduta odjerna kien ġie infurmat mill-istazzjon li dan kien qed jammetti l-akkuża.
In vista ta’ din l-ammissjoni l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur l-Awtorità iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ disa’ mija u tletin Ewro (€930) li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tal-lum.