ONE - Episodju tat-teleserial "Amen" - 6 ta' Ottubru 2009




Waqt dan l-episodju ntwera filmat grafiku għallaħħar ta’ wieħed mill-atturi li kien qed jabbuża mid-droga, u għalhekk l-istazzjon kien ġie akkużat li kiser d-dispożizzjoni dwar il-gosti tajba fil-Liġi dwar ix-Xandir kif ukoll il-Ħtiġiet tal-istess Awtorità dwar Standards u Prattika dwar Wiri u Smigħ ta’ Programmi għall-Familja, dan minħabba l-fatt li programm li kellu jkun klassifikat għall-adulti kien attwalment ikklassifikat bħala ‘Parental Guidance’. Wara li rat il-filmat in kwistjoni, l-Awtorità kkonkludiet li waqt li ma kellhiex għalfejn toġġezzjona għax-xena in kwistjoni, anki minħabba l-kuntest fi fiha xxandret, min-naħa l-oħra ma setgħetx taċċetta lklassifikazzjoni żbaljata li uża l-istazzjon, u għalhekk l-Awtorità kkonkludiet li l-istazzjon kien kiser id-dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta’ programmi.

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tagħha dwar dawn l-akkużi, partikolarment dwar il-programm Venere (TVM) u Amen (ONE TV), l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lillistazzjonijiet, iżda qablet li m’għandix timponi l-penali relattiva, l-aktar minħabba l-fatt li fil-każ taż-żewġ programmi din kienet l-ewwel darba li dawn kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ix-Xandir.