ONE TV - Jackpot 4 - 11 ta' Jannar 2023




Deċiżjoni dwar ilment mis-Sur Mark Amaira fil-konfront ta’ ONE TV rigward il-programm ta’ drama Jackpot 4

 

L-Awtorità kellha quddiemha ilment imressaq mis-Sur Mark Amaira datat 11 ta’ Diċembru 2022 rigward żewġ episodji ta’ Jackpot 4 li xxandru fit-30 ta’ Novembru 2022 u fis-7 ta’ Diċembru 2022 fuq ONE TV. Is-Sur Amaira, ilmenta dwar sottotitoli b’ortografija ħażina tal-Malti u għaldaqstant dan kien ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.10 – Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir.  

Is-seduta tas-smigħ issejħet għal 5 ta’ Jannar 2023 u fl-uffiċċji tal-Awtorità dehret iċ-Chairperson tal-ONE, is-Sinjura Ruth Vella Micallef. Iżda s-Sur Mark Amaira ma attendiex għal din is-seduta mingħajr ebda preavviż.

Għaldaqstant fin-nuqqas tas-Sur Mark Amaira li għamel l-ilment u fin-nuqqas li l-akkużi ma ġewx sostanzjati,  l-ilment ġie miċħud mill-Awtorità.

 

 

 

11 ta’ Jannar 2023