ONE - Kalamita - 20 ta' April 2012




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Kalamita tal-20 t’April, 2012 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar aktar minn 12-il minuta ta’ reklamar hekk kif konsentit f’siegħa orarja.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, f’seduta li nżammet fil-5 ta’ Ġunju, 2012, li minn naħa tiegħu qal li l-istazzjon kien infurmah li dan kien qiegħed jammetti l-akkuża miġjuba kontrih.

In vista ta’ din l-ammissjoni u skont il-proċedura stabbilita l-Awtorità imponiet il-penali relattiva ta’ disa mija u tletin Ewro (€930) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.  

In oltre, peress li riċentement l-istazzjon kien ammetta akkużi simili fil-konfront  tal-istess programm, l-Awtorità iddiriġiet li kellha tinġibed l-attenzjoni tal-istazzjon għal dan il-fatt u li f’każ li dan ikun riċediv f’każi suċċessivi, din kellha l-poter bil-liġi li tikkonsidra l-applikazzjoni u l-impożizzjoni ta’ penali għola.

11 ta' Ġunju 2012