ONE - Looks - 25 ta' Marzu 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-13 u l-20 ta’ Frar 2010 li fil-programm Looks  ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

Fl-assenza tal-Kap Eżekuttiv, l-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Spiteri, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting.

Peress li l-istazzjon ammetta l-akkuża miġjuba kontrih u stante li din ma kinitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità imponiet fuq l-istazzjon il-penali amministrattiva ta’ €931 liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.