ONE - Looks - 7 ta' Novembru 2009




L-Awtorità kellha quddiema akkuża li l-programm Looks tas-7 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09.

Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini  tal-imsemmija provedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet li timponi penali fl-ammont ta’ elf mija u erbà u sittin Euro (€1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.