ONE - Mamma Mia - 19 u 26 t’Ottubru u tat-2 ta’ Novembru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Mamma Mia tad-19 u tas-26 t’Ottubru u tat-2 ta’ Novembru, 2008, kiser il-paragrafi 4, 9, 13 u 25 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li sar reklamar b’ħabi, ma kienx hemm separazzjoni ta’ 20 minuta bejn waqfa reklamatorja w oħra u kien hemm aktar minn 12-il minuta reklamar f’siegħa orarja.

Wara li l-Awtorità kienet semghet l-istazzjon jammetti l-akkuża u wara li nnutat ukoll li dan il-ksur tal-liġi kien ripetut diversi drabi f’diversi programmi, l-Awtorità ddeċidiet li timponi il-penali stabbilità fl-ammont ta’ disà mija u wieħed u tletin ewro (€ 931) skont il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.