L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm X’Ħadd Magħna li xxandar fl-10 t’April, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta ixxandar ammont eċċessiv ta’ reklami u ċjoè 14’12” bejn it-15.00 u l-16.00.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Jason Micallef f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża ġiet ippruvata u ddeċidiet li kellha timponi l-penali relattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar.