ONE - X’Ħadd Magħna - 22 ta' Novembru 2009




L-Awtorità kellha quddiema akkuża li l-programm X’Ħadd Magħna tat-22 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09.

Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini  tal-imsemmija provvedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat, u peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet illi twiddeb lill-istazzjon.