ONE - X'Hadd Maghna - 24 ta' Marzu 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-14 ta’ Frar, 2010 li fil-programm X’Ħadd Magħna fuq ONE TV ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Spiteri, Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Monitoring, lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting u lill-Produtturi Ms Antonella Galea Lofredo u s-Sur Joseph Borg li minn naħa tagħhom ikkontendew illi ma kienux konxji illi l-parteċipazzjoni tas-Sur Vince Baldacchino fl-irkejjen informattivi kienet tikkonfliġġi, għall-finijiet tal-interpretazzjoni dwar tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir mar-reklami għall-istess kumpannija waqt l-istess programm. Żiedu illi hekk kif ġew notifikati bl-akkuża huma ħadu l-miżuri neċessarji biex dan in-nuqqas jiġi rettifikat.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-istazzjon u l-produtturi qablet li, madanakollu l-akkuża kienet ġiet ippruvata u stante li din ma kinitx l-ewwel darba li dan il-programm kiser dawn il-provvedimenti ddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ €1,164.  Liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.