L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-18 ta’ Diċembru, 2009 fejn Radio 101 kiser il-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir.
Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon li minn naħa tiegħu ikkontenda illi l-imsemmi ksur kien riżultat ta’ żball uman minħabba pressjoni ta’ xogħol f’dan il-perjodu tas-sena, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li avverra ruħu dan il-ksur iddeċidiet li twiddeb l-istazzjon.